Nhar is-Sibt 28 ta’ Diċembru, 2019 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat il-Party tal-Milied fejn numru sabiħ ta’ bandisti, membri u ammiraturi tal-Banda attendew għal din l-attivita’. Fir-riċeviment li sar fis-Swali Prinċipali ta’ Palazzo Huesca, f’diskors tal-okkażjoni s-Segretarju tas-Soċjeta’ s-Sur Simon Farrugia filwaqt li ta ħarsa lejn il-ħidma kbira li saret matul din is-sena 2019 aċċenna wkoll għall-Programm ta’ ħidma u diversi proġetti li għandu quddiemu l-Kumitat għas-sena 2020. Finalment f’isem il-President u l-membri tal-Kumitat huwa awgura sena ġdida mimlija ġid, hena u risq lil dawk kollha preżenti.