Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Pasta Night nhar is-Sibt 28 ta’ Marzu, 2020 fis-Sala tal-Kunċerti ta’ Palazzo Huesca mit-8pm il-quddiem. Il-Menu jikkonsisti f’Apetizers, soppa, erba’ kwalitajiet ta’ għaġin u deżerta flimkien ma’ tazza inbid. Il-prezz huwa € 12. Biljetti mingħand is-Sur Eugenio Pellicano jew xi membru tal-Kumitat.