Programm Funebru mill-Bandisti u Allievi tal-Banda

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Marzu, 2018, Jum Ħadd il-Palm, l-Allievi u l-Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Banda San Ġużepp, Kalkara tellgħu Programm Mużikali għal dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. F’dan il-Programm li sar quddiem Palazzo Huesca fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa, il-Banda esegwiet diversi siltiet mużikali ta’ mużika sagra u marċi funebri adattati ma’ dawn iż-żminijiet. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tal -Assistent Surmast Francois Borg.