Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz flimkien mal-Għaqda Mużikali San Gużepp ser itellgħu Programm tal-Milied mill-Allievi u Bandisti tal-post taż-żewġ Soċjetajiet nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru, 2019.
Il-Programm li jibda fl-1030 ta’ filgħodu ser isir f’Misraħ l-Arċisqof Gonzi, l-Kalkara fejn ser jindaqqu siltiet relatati mal-Festi tal-Milied. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Francois Borg.