‘Qatt ma’ ninsa’ fil-Każin tal-Banda

705x341QMN ‘Qatt ma’ninsa – Birgu’ ser tieħu lill-udjenza fi vjaġġ teatrali madwar il-Birgu. Ispirat mill-esebizzjoni li saret riċenti ġewwa l-Mużew Marittimu, l-erba’ karattri prinċipali tal-istorja tagħna ser jieħdu lill-udjenza minn post għall-ieħor madwar il-Birgu. Matul dan il-vjaġġ, f’postijiet storiċi fil-Birgu, ser jiltaqgħu mal-maħbubin, mal-familja, ħbieb, ġirien u anki mal-antenati tagħhom u ser jaqsmu l-biża’ u t-tamiet tagħhom. B’hekk jinsġu l-istorja tagħhom li hi marbuta ma’ din il-Belt – Il-Birgu. Dan il-vjaġġ teatrali huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u qiegħed jiġi mtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018. Dan l-avveniment li jibda mill-Pjazza tal-Belt Vittoriosa ser isir bejn illum il-Ġimgħa 12 u l-Ħadd 14 ta’ Settembru. 2014. Kuljum bejn is-7pm u 8pm ser ikun hemm rappreżentazzjoni fil-Bitħa tal-Palazz tal-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz.