Bejn nhar il-Ħamis 3 u l-Ġimgħa 4 t’Awwissu, 2017 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali ser tkun qed torganizza żewġ attivitajiet bħala parti mill-Festa ta’ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa. Nhar il-Ħamis 3 t’Awwissu ser isir Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca bil-prezz ta’ € 5 li jinkludi welcome drink u finger food. Dettalji u booking mingħand Eugenio Pellicano, Noel Gauci jew Adrian Saliba.
L-għada l-Ġimgħa 4 t’Awwissu f’Post is-Sagra Infermerija, fil-pjazzetta quddiem il-Knisja tas-Sorijiet tal-Klawsura ser issir l-Ikla tal-Festa fejn il-Menu jikkonsisti f’Timpana bħala starter b’għażla minn Laħam, Ħut jew Tiġieġ bħala Main u Deżerta. Il-prezz ikun ta’ € 15 u biex wieħed jirriserva post għandu javviċina lil Eugenio Pellicano.
Aħsbu kmieni sabiex ma’ toħorġux diżappuntati.