Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Belt Valletta

 

Nhar il-Ħamis 29 ta’ Ġunju, 2017 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ħadet sehem b’marċ brijuz madwar it-toroq tal-Belt Valletta. Il-Belt Kapitali kienet qed tiċċelebra l-1950 sena anniversarju mill-martirju ta’ Missierna San Pawl. Kien ta’ unur għalina li pparteċipajna f’dawn il-Festa Speċjali. Il-Banda tal-Birgu ser terġa tkun qed iddoqq fil-Belt Kapitali fl-20 ta’ Jannar, 2018 meta dak in-nhar ikun hemm il-ftuħ uffiċjali tal-V18 hekk kif il-Belt Valletta fis-sena 2018 ser tkun il-Belt Kapitali Ewropea. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz rappreżentanta denja tal-Belt Rebbieħa. Il-Banda tal-Birgu dejjem hemm fl-aqwa avvenimenti.