RIĊEVIMENT ANNWALI TAL-FESTA

 

 

 Nhar il-Ħamis 3 t’ Awwissu 2023, inżamm ir-riċeviment annwali tal-Festa tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz. Għal din l-okkażjoni attendew diversi mistednin distinti, benefatturi, bandisti, membri u rappreżentanti tal-għaqdiet Vittoriosani u tas-Soċjetajiet Mużikali. Fid-diskors tiegħu, il-President tas-Soċjetà ħabbar 3 proġetti oħra li ser ikunu qed isiru ġewwa Palazzo Huesca, wara dak tas-Sala Lawrence V. Farrugia li kienet miftuħa għall-pubbliku.