Ritmu Latin mill-Banda tal-Birgu

pic 1

 

Programm Vokali u Strumentali stupend mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz il-Ħadd 7 t’Awwissu fil-‘Vittoriosa in Festa’ din is-sena bit-tema ‘El Ritmo Latino’ kien suċċess minn kull aspett. Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela huwa mexxa programm mżewwaq fejn ħadu sehem fih il-kantanti Janvil, Ludwig Galea u Alwyn Borg Myatt flimkien mal-grupp ta’ żfin ‘ Pro Touch’ u ‘Happy Days’ u l-kitarrista Jonathan Ellul. Fil-Pjazza ewlenija tal-Belt Vittoriosa ppakkjata bin-nies l-applawsi kienu kontinwi għal dak li esegwiet il-Banda. Il-Kummissjoni Banda tixtieq tirringrazzja lil kull min ta’ s-sehem tiegħu sabiex ittella’  Programm Mużikali ieħor Kbir. Ritmu mużikali li jixhed id-dinamiżmu tal-Banda tal-Birgu.