Seminar – ‘Il-Każin tal-Banda – Illum u Għada’

Seminar Coastline Hotel Nhar il-Ħadd 23 ta’Frar, 2014 ġie organizzat Seminar mis-Soċjeta’Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz bit-tema ‘Il-Każin tal-Banda – Illum u Għada’. Matul dan is-Seminar li għalih attendew numru sabiħ ta’ bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ kien hemm interventi interessanti minn fost dawk li attendew fejn id-diskussjoni kienet waħda wiesgħa u miftuha. Kummissjoni mwaqqfa apposta ser tanalizza dak li ntqal matul is-seminar sabiex tippreżenta rapport dettaljat lill-Kumitat Ċentrali għall-kunsiderazzjoni u azzjoni fejn meħtieġ