Isir ir-Recording tal-Marċi Funebri

Recording Marci Funebri Nhar is-Sibt 15 ta’Frar, 2014 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz irrekordjat CD tal-Marċi Funebri għall-Ġimgħa l-Kbira 2014. Il-Banda li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri rrekordjat komposizzjonijiet tal-istess Surmast Direttur, l-Assistent Surmast Ugo Buhagiar, il-Bandist tal-post Chris Pisani, l-ex Surmast Giovanni Giumarra u Giuseppe Frendo, il-Kanonku Vittoriosan Dun Alwiġ Fenech flimkien ma’ marċi funebri oħra ta’ G.M. Dalli, A.Pullicino, E.Spiteri, L.Cirinei u Becucci. Fil-ġranet li ġejjin isiru l-aħħar preparamenti sabiex għall-aħħar ta’ Marzu c-CD tkun għall-bejgħ