Delegazzjoni mill-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali Banda Vittoriosana San Lawrenz attendiet għal Seminar organizzat mill-MEUSAC fil-Belt Valletta fid-19 t’Awwissu 2010. Dan is-seminar kien ferm informattiv, b’diversi Workshops u Preżentazzjonijiet għall-Parteċipanti li trattaw l-aċċess tal-għaqdiet Non-Governattivi lejn fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz f’dawn it-tip ta’ seminars, filwaqt li kienet l-unika Soċjeta` Mużikali Maltija li attendiet, tkompli turi is-serjeta` u l-interess li l-Kumitat għandu lejn it-tisħieħ u t-tkabbir tas-Soċjeta`.