Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser torganizza ‘Torti Delivery Night’ nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, 2020.
Il-prezz ser ikun ta’ €7 li jinkludi għażla bejn torta tal-irkotta, laħam jew tiġieġ. Flimkien ma’ din kull persuna ser tingħata soft drink. Kull min huwa interessat għandu jċempel lil Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew javviċina xi membru tal-Kumitat mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 18 ta’ Novembru, 2020.
Grazzi bil-quddiem tal-appoġġ tagħkom.