VITTORIOSA IN FESTA 2022 – AROUND THE WORLD IN 80 MINUTES

 

Bħal kull sena is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz żammet l-appuntament annwali tagħha għall-kunċert Vittoriosa in Festa li jsir fuq il-Planċier Maestuż armat fil-pjazza ewlenija ta’ Beltna. Il-Programm Mużikali bit-tema Around The World in 80 Minutes, beda wara marċ qasir minn Triq il-Mina l-Kbira sal-pjazza. Flimkien mal-banda ngħaqdu diversi kantanti, b’animazzjoni tul is-serata kollha.

Il-Banda kienet taħt id-Direzzjoni eċċellenti ta’ Mro Jonathan Abela. Bla dubju għal darb’oħra l-banda tat prestazzjoni mill-aqwa b’eżekuzzjoni professjonali li tat gost lill-folla preżenti.

Dan il-Programm Mużikali ittella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti permezz tal-iskema Assistenza Loġistika għall-Festi.