IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’MARĊ WAQT L-INAWGURAZZJONI TA’ OPRI ĠODDA

 

 

 

 

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Awwissu 2022, Jum l-Antiviġilja, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet marċ li fih ġew inawgurati xi opri ġodda tal-armar.

Żgur li dan il-jum se jibqa’ memorabbli għall-partitarji Palmiżi meta mad-daqq tal-Innijiet Popolari ġew inawgurati, pavaljun artistiku mal-mina tad-daħla tal-Birgu, kif ukoll sett mill-isbaħ ta’ erba’ bnadar fuq it-Torri ta’ san Ġwann.

Il-qofol intlaħaq meta fuq l-arblu l-kbir fuq it-Torri ta’ San Ġakbu ttellgħet il-Bandiera l-Ġdida li turi lil San Lawrenz rebbieħ waqt il-martirju.