Jum tant mistenni mill-poplu Vittoriosan huwa bla dubju ta’ xejn Jum l-Antiviġilja ta’ San Lawrenz meta jinħareġ San Lawrenz, jagħti d-Dawl lill-Għomja jdur mat-toroq ta’ beltna akkumpanjat mill-marċi tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz.
Din is-sena kienet mistiedna wkoll is-Soċjeta Filarmonika La Valette fejn wara programm fuq il-planċier, hekk kif San Lawrenz wasal il-pjazza ingħaqdet mal-banda tagħna biex idoqq il-marċi b’mod alternat.
Fl-aħħar tal-marċ iż-żewġ baned ingħaqdu f’mass band fejn il-qofol intlaħaq meta l-istatwa ta’ San Lawrenz itellgħet fuq il-kolonna.