‘Vittoriosa in Festa’ bit-tema ‘A Musical Odyssey’ – L-Erbgħa 7 t’Awwissu, 2019

Bħal-lum xahar, l-Erbgħa 7 t’Awwissu, 2019  il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tippreżenta l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ bl-isem għal din is-sena jkun ‘A Musical Odyssey’.

Fil-fatt it-tema’ magħżula għall-Programm ta’ din is-sena hija mixja mużikali tul is-snin, minn żmien l-Opra sal-ġurnata tal-lum. B’hekk żgur li b’xi silta jew oħra ser nolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Flimkien mal-Banda li tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Francois Borg ser jingħaqdu l-kantanti Ozzy Lino, Jasmine, Christian Arding u l-kitarrista Mark Galea . Il-Programm fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta` jibda fid-915pm.