Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun qed torganizza l-Ikla ta’ qabel il-Festa nhar it-Tnejn 5 t’Awwissu, 2019 fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Lawrenz.
L-Ikla li tibda fit-8.00pm ser tkun tikkonsisti fi Platter varjat bħala starter b’għażla minn Laħam, Tiġieġ jew Ħut bħala Main Course u Deżerta. Tingħata wkoll tazza nbid.
Il-prezz ikun ta’ € 15 u biex wieħed jirriserva post għandu javviċina lil Eugenio Pellicano. Aħsbu kmieni sabiex ma’ toħorġux diżappuntati.