Wirjiet ta’ pittura f’Palazzo Huesca fl-okkażjoni tal-Birgu Fest 2016

Il-Faċċata ta' Palazzo Huesca

Bħala parti mill-Birgu Fest 2016 ser ikun hemm numru ta’ wirjiet f’Palazzo Huesca waqt li l-istess Palazz li jospita s-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ikun miftuħ għall-pubbliku fejn wieħed jista jammira l-ġmiel tiegħu kif ukoll ir-rikkezzi li hemm fih. Il-wirjiet ta’ pittura ser ikunu tal-artisti Maltin Joanne Schembri, Clint Grech, Josette Casha u Joseph Agius kif ukoll ta’ artisti barranin Daniela Guevska u Aglika Buchukova. Birgu Fest 2016 bejn il-Ġimgħa 7 u l-Ħadd 9 t’Ottubru fejn l-attivita’ prinċipali tkun is-Sibt 8 t’Ottubru bil-Birgu by Candlelight.