‘Clash of the Centuries’ – It-Tlieta 7 t’Awwissu, 2018

Bħal-lum xahar, it-Tlieta 7 t’Awwissu, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tippreżenta l-Programm ‘Vittoriosa in Festa’ bl-isem għal din is-sena jkun ‘Clash of the Centuries’. Fil-fatt it-tema’ magħżula għall-Programm ta’ din is-sena hija dik ta’ mużika abbinata ma’ żminijiet differenti, mużika tas-seklu li għadda u dik ta’ dan is-seklu. Flimkien mal-Banda li tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u l-Assistent Francois Borg ser jingħaqdu l-kantanti Ozzy Lino, Jasmine, Christian Arding, Lello Ebejer u l-grupp taż-żfin Dancing Angels. Il-Programm fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjeta` jibda fid-915pm.