L-Ikla ta’ qabel il-Festa – Is-Sibt 28 ta’ Lulju, 2018

 

 

Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser tkun qed torganizza l-Ikla ta’ qabel il-Festa nhar is-Sibt 28 ta’ Lulju, 2018 fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Lawrenz. L-Ikla li tibda fit-8pm ser tkun tikkonsisti f’Timpana bħala starter b’għażla minn Laħam jew Tiġieġ flimkien ma’ zalzett minn fuq il-BBQ u Salad bħala Main Course u Deżerta. Tingħata wkoll tazza nbid. Il-prezz ikun ta’ € 15 u biex wieħed jirriserva post għandu javviċina lil Eugenio Pellicano.
Aħsbu kmieni sabiex ma’ toħorġux diżappuntati.