Nhar is-Sibt 12 ta’Diċembru, 2015 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat id-Dinner Dance tal-Milied li sar fil-Lukanda Preluna f’tas-Sliema. Attendenza sabiħa attendiet għal din l-attivita’ fejn f’atmosfera familjari kulħadd ħareġ sodisfatt. L-attivita’ li jmiss hija l-Party tal-Milied li ser isir nhar it-Tnejn 27 ta’ Diċembru, 2015 fis-Sala ewlenija ta’ Palazzo Huesca. Għal aktar dettalji tistgħu tagħmlu kuntatt mas-Sur Eugenio Pellicano jew is-Sur Oscar Adami.