Festa Kbira f’Jum l-Ottava ta’ San Lawrenz

3 Festa kbira u sabiħa f’Jum l-Ottava ta’ San Lawrenz nhar it-Tnejn 17 t’Awwissu. Folla kbira ta’ nies, aktar milli kien mistenni attendiet sabiex assistiet għall-proċessjoni madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa bl-istatwa ta’ San Lawrenz. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz akkumpanjat il-proċessjoni b’daqq ta’ Innijiet. Il-qofol intlaħaq waqt id-dħul tal-istatwa titulari fil-Knisja hekk kif indaqqet l-antifona tal-Kanonku Dun Alwig Fenech fost l-għajjat u ċ-ċapċip tan-nies li ħonqu kull rokna tal-Knisja. Konferma kemm il-poplu Vittoriosan iħobb lill-qaddis Padrun tiegħu u l-Festa tal-Belt tiegħu.