Festa kbira minn kull aspett

10569104_10152209930526851_3024656379965289850_n Il-bieraħ ġiet fi tmiemha l-Festa 2014 meta l-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet il-marċ tradizzjonali tal-għada tal-Festa. Il-Banda akkumpanjat l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja minn fuq il-kolonna sal-Oratorju tal-Kurċifiss. Kienet festa kbira minn kull aspett. Festa li kompliet tikkonferma s-supremazija f’kull settur. F’isem il-President u l-membri tal-kumitat minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min kien ta’ kontribut sabiex kellna Festa kbira oħra kif wara kollox jixraq lill-Padrun tal-Belt tagħna San Lawrenz. Fil-ġranet li ġejjin fil-gallery ta’ dan is-sit ser tkunu tistgħu ssegwu l-mumenti sbieħ tal-festa bir-ritratti.