Illum l-10 t’Awwissu – Jum il-Festa ta’ San Lawrenz, Padrun ta’ Beltna

Pg 9 pic Sebaħ il-Jum tal-10 t’Awwissu. Għall-poplu Vittoriosan din hija l-isbaħ ġurnata tas-sena. Il-ġurnata li fiha niċċelebraw il-Festa tal-Padrun tal-Belt Rebbieħa, San Lawrenz Levita u Martri. Dalgħodu fid-930am Pontifikal Solenni mmexxi min-Nunzju Appostoliku Monsinjur Aldo Cavalli. Fis-1pm Ikla tal-Festa fid-Don Berto Restaurant fil-Vittoriosa Waterfront. Illejla marċi u programmi mill-Banda Ċittadina King’s Own tal-Belt Valletta, il-Banda Anici ta’ Ħal-Qormi u l-Banda San Girgor ta’ tas-Sliema. Fis-715pm toħroġ il-proċessjoni bl-istatwa titulari ta’ San Lawrenz fejn din tidħol lura fil-Knisja fil-11pm fl-isfond tad-daqq tal-Antifona tal-Kanonku Luigi Fenech. F’isem il-President u l-Membri tal-Kumitat nawguraw lil-kulħadd il-Festa t-Tajba. VIVA SAN LAWRENZ.