Festa tal-Qalb ta’ Ġesu – Il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju

Qalb-ta-Gesu Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-proċessjoni tal-Qalb ta’ Ġesu li toħroġ mill-Knisja Konventwali u Matriċi ta’ San Lawrenz. Il-proċessjoni tibda ħierġa fis-7 ta’ filgħaxija u tgħaddi mit-toroq prinċipali tal-Belt Vittoriosa.