Ġita għal Sqallija – Mis-Sibt 2 sat-Tnejn 4 ta’ Novembru, 2019

 

 

 

Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza ġita ta’ tlett ijiem għal Sqallija bejn is-Sibt 2 u t-Tnejn 4 ta’ Novembru, 2019. Tluq b’titjira bl-Air Malta s-Sibt kmieni filgħodu u lura t-Tnejn tard filgħaxija.

L- akkomodazzjoni ser tkun fuq bażi Bed & Breakfast filwaqt li fil-prezz hemm inkluż it-trasport kollu ta’ Sqallija.

Ser inżuru Acireale, Acitrezza, Acicastello, Catania, Sicilia Outlet Village u Porte di Catania. Il-prezz huwa ta’ € 285 fejn il-polza tal-assikurazzjoni mhux inkluża.

Postijiet huma limitati u l-booking ser isir fuq bażi first come first served. Kull min huwa interessat għandu javviċina lil Simon Farrugia jew lil Eugenio Pellicano filwaqt li jrid isir depożitu ta’ €100 ma’ kull booking.

Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 9949 7734.