Grazzi Giovann u Oscar

Fl-elezzjoni tal-Kumitat għas-snin 2019/2020 minbarra li l-President is-Sur Lawrence V. Farrugia iddeċieda li ma’ jikkontestax wara 32 sena fit-tmexxija tas-Soċjeta, żewġ membri tal-Kumitat is-Sur Giovann Pisani u Oscar Adami għażlu wkoll li ma jikkontestawx wara servizz twil lis-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz.

Giovann Pisani huwa Bandist Propjetarju anzjan li ta servizz twil ta’ aktar minn sittin sena lill-Banda kif ukoll għal għexirien ta’ snin kien fil-Kumitat l-aktar fil-kariga ta’ Arkivista.

Oscar Adami, Membru Propjetarju, ta servizz ukoll twil lis-Soċjeta fejn fost l-oħrajn għal diversi snin kien jokkupa l-kariga ta’ Kaxxier.

F’isem il-President u l-Membri tal-Kumitat nirringrazzjaw kemm lil Giovann kif ukoll lil Oscar għas-servizz li taw tul is-snin. J’All l-Bambin jislifhom aktar għomor sabiex ikomplu jgawdu l-ħajja, issa aktar b’mod rilassat, u s-suċċessi li tagħmel il-Banda tal-Birgu. Ad Multos Annos.