Il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser torganizza Ikla Familjari nhar is-Sibt 19 ta’ Ġunju, 2021 f’Be Birgu, Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta Mużikali San Lawrenz.
Il-Prezz huwa ta’ € 20 li jikkonsisti fi Spaghetti Bolognese jew Penne Pesto bħala starter u għażla bejn Grilled Pork Loin, Chicken Breast in Brandy Mushroom Sauce, Fresh Salmon Steak jew Pizza Capriciosa flimkien mad-deżerta.
Aħsbu kmieni ħalla ma toħorġux diżappuntati.
Kull min huwa interessat għandu javviċina lil Eugenio Pellicano fuq 7961 7288.