Ikla fil-Każin nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru

Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru ser tiġi organizzata Ikla Familjari fil-bitħa tal-kazin. Din hija l-ewwel ikla wara l-Festa fil-bitħa u inċidentalment l-ewwel waħda tas-sajf peress li ma stajniex nutilizzaw il-bitħa għall-ikliet u attivitajiet oħra minħabba l-bini tas-sala l-ġdida li issa huwa lest. Il-menu għal din l-ikla huwa Għaġin bħala starter, għażla bejn laħam, tiġieġ u ħut bhala main course kif ukoll deżerta u tazza nbid. Il-prezz huwa ta’ € 8 fejn kull min huwa interessat għandu javviċina lill-Barman jew lis-Sur Oscar Adami mill-aktar fis possibbli peress li l-postijiet huma limitati.