Ikla tal-Karnival nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu

Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Marzu l-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser jorganizza ikla tal-Karnival ġewwa s-Sunny Bar & Restaurant fl-Imġarr. Il-Prezz ta’ din l-ikla hu ta’ € 18. Kif tistgħu taraw f’dan il-poster, wieħed għandu għażla vasta ta’ x’jista’ jiekol waqt din l-ikla. Kull min hu interessat li jiġi mħeġġeġ li javviċina lill-Oscar Adami jew inkella jirrikorri fil-Bar tal-Każin għand is-Sur Charles Boxall.