Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu

 

Illum il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju, 2018 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-proċessjoni tal-Qalb ta’ Ġesu li toħroġ mill-Knisja Konventwali u Matriċi ta’ San Lawrenz. Il-proċessjoni tibda ħierġa fis-7 ta’ filgħaxija u tgħaddi mit-toroq prinċipali tal-Belt Vittoriosa. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.