Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illejla ddoqq fl-Isla

 

 

 

 

Illum is-Sibt 9 ta’ Ġunju, 2018 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-manifestazzjoni tal-Baned  li ser tfakkar l-400 anniversarju mill-miġja tal-istatwa ta’ Marija Bambina fl-Isla. Flimkien mal-baned l-oħra tal-Kottonera li sejrin jieħu sehem,  il-Banda tal-Birgu ser tibda marċ minn ħdejn il-gladjola fis-7pm tul it-toroq tal-Belt Sengleana fejn għall-ħabta tad-9pm tasal quddiem il-Bażilka fejn tibda ċ-ċerimonja bil-baned jingħaqdu f’Mass Band fejn fost l-oħrajn jindaqqu numru ta’ Innijiet dedikati lil Marija Bambina.