Il-marċ il-kbir tal-Antivigilja

anti Marċ mill-kbar nhar is-Sibt 8 t’Awwissu filgħaxija madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li akkumpanjat l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja sa’ fuq il-kolonna. Minkejja l-maltemp li għamel matul il-ġurnata Il-Belt Rebbieħa kien miżgħuda bin-nies fejn il-partitarji Palmiżi għamlu briju kbir li laħaq il-qofol tiegħu fi Triq il-Mina l-Kbira fejn il-kantant Ludwig Galea esegwixxi ‘ La Notte di San Lorenzo’ u ‘Serenata lill-Birgu’ u hekk kif l-istatwa ttellgħet fuq il-kolonna bid-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Antiviġilja oħra memorabbli fejn komplejna nikkonfermaw il-qawwa tal-Festa tagħna f’kull aspett