Illejla l-Banda tagħmel il-marċ brijuż tal-Mota

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illejla tagħmel il-marċ brijuż tal-Mota tan-Novena li jibda fid-9.00pm minn quddiem Palazzo Huesca. Il-banda tgħaddi minn diversi toroq prinċipali sakemm terġa’ lura quddiem Palazzo Huesca għall-ħabta tal-11.00pm. Nħeġġu lill-Palmiżi kollha sabiex jingħaqdu magħna f’dan il-marċ sabiex inkomplu fuq il-bidu kbar li kellna għall-Festa 2019.