Illejla r-riċeviment tal-Festa f’Palazzo Huesca

 

 

 

Illejla l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz jilqgħu lill-personalitajiet distinti, rappreżentanti tal-għaqdiet, bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ għar-riċeviment annwali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa. Ir-riċeviment ser isir fis-sular t’isfel ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa u jibda fit-8.00pm.