Is-Sibt isir l-inawgurazzjoni tat-titular tal-Preti

Għada s-Sibt 28 t’April ser isir l-inawgurazzjoni tal-kwadru titulari tal-martirju ta’ San Lawrenz wara r-restawr estensiv li sar fuqu. Din il-pittura li hija l-akbar xogħol il-famuż pittur Mattia Preti ġiet restawrata mill-kumpanija Recoop. Iċ-ċerimonja ser tibda fis-730pm u ser tkun preseduta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tieħu sehem permezz ta’ Brass Ensemble taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.