Ktieb ta’ tifkira tal-wirja ‘Ġetsemani’

New Picture Bħala parti mill-wirja ‘Ġetsemani’ għal darb’oħra ġie pubblikat il-ktejjeb ta’ tifkira li jingħata b’xejn lil kul min iżur din il-wirja matul il-ġranet li ġejjin. Dan il-ktieb minbarra messaġġi mill-President, iċ-Chairman tal-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira u l-Arċipriet tal-Parroċċa fih artikli interessanti minn Paul Micallef, Brian Bonnici u David George Camilleri u ħafna aktar. Il-wirja ser tinfetaħ b’mod uffiċjali nhar il-Ħamis 10 t’April, 2014 mill-Ministru Joe Mizzi.