L-Ikla tal-Festa 2019

 

L-aħħar Ikla ta’ qabel il-Festa saret il- bieraħ it-Tnejn 5 t’Awwissu, 2019 fuq iz-zuntier tal-knisja fejn din kienet suċċess kbir b’numru kbir ta’ partitarji li attendew joħorġu sodisfatti ħafna kemm bl-organizazzjoni kif ukoll bil-kwalita’ ta’ ikel.

Filwaqt li tawgura l-Festa t-Tajba lill-Vittoriosani kollha l-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali tagħmel l-appuntament magħkom għall-Ikla li jmiss fix-xahar ta’ Settembru.

Nirringrazzjaw lil kulħadd tal-attendenza u l-fiduċja.