Red Party fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa – It-Tlieta 28 ta’ Mejju, 2019

 

Nhar it-Tlieta 28 ta’ Mejju, 2019 fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Lawrenz mit-8.30pm il-quddiem ser jiġi organizzat Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Kulħadd huwa mistieden sabiex flimkien nibdew niċċelebraw il-ftuħ tal-Festa 2019. Prezz: €5 li jinkludi welcome drink u finger food.

Kull min huwa interessat li jattendi għandu javviċina lis-Sur Eugenio Pellicano fuq 7961 7288 jew lis-Sur Noel Gauci fuq 9945 5023 . Importanti li taħsbu kmieni biex ma toħorġux diżappuntati.