Servizz mill-Banda nhar il-Ħadd 17 ta’ Mejju

arma maltese fonts Fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Festi li jfakkru l-450 sena mill-Assedju l-Kbir nhar il-Ħadd 17 ta’ Mejju, 2015 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tagħmel servizz fil-Belt Vittoriosa. Il-marċ jibda minn fuq il-Bridge ta’ Sant’Anġlu fis-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar u jintemm fl-4pm fi Pjazza Vittoriosa quddiem il-Palazz tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz.