Tasal il-Banda minn Viagrande għall-Festa ta’ San Lawrenz

Kmieni dalgħodu waslet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l’ Associazone Culturale Musicale Bandistica ‘Synphonica Citta di Viagrande’ bħala mistiedna tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Dan huwa frott il-ġemellaġġ bejn iż-zewġ soċjetajiet mużikali. Illejla l-Banda tagħmel marċ alternet mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz qabel il-Programm ‘Vittoriosa in Festa’. Għada l-Erbgħa 8 t’Awwissu,  Jum l-Antivigilja l’ Associazone Culturale Musicale Bandistica ‘Synphonica Citta di Viagrande’ tibda marċ minn Triq il-Mina l-Kbira fit-8pm u wara tesegwixxi programm mużikali fuq il-Planċier artistiku. L-għada l-Ħamis 9 t’Awwissu l-Banda tesegwixxi Programm Mużikali fiż-żona tat-Toqba qabel ma’ jibda l-ispettaklu pirotekniku ‘ La Notte di San Lorenzo’. Wara ttemm is-servizz b’marċ li jispiċċa quddiem il-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz.