‘The EU in Concert’ – Il-Ħamis 7 t’Awwissu, 2014

VIF L-akbar appuntament matul il-ġranet tal-Festa għall-Banda tagħna huwa bla dubju ta’ xejn il-Programm Mużikali tas-7 t’Awwissu. Wara li fl-aħħar snin dan il-Programm kien marbut ma’ tema partikolari fejn fost ohrajn kellna ‘ The Americas’, ‘ Gli Italiani’ , ‘ From Broadway to the West End’ , ‘Maltin biss’, ‘Sports n’Music’ u s-sena li għaddiet ‘Eighties Flashback’ it-tema għal din is-sena hija marbuta ma’ dak li pajjiżna qed jiċċelebra ‘The EU in Concert’. Għazilna mużika mis-27 pajjiż li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea fejn flimkien mal-Banda ser jieħdu sehem il-kantanti Aldo Busuttil, Debbie Scerri, Ismael Grech u Iona Dalli kif ukoll il-grupp taż-żfin Keith Dance Studio u l-Kor tat-tfal Future Voices. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri.