Tislima lil Philharmonie Royale Concordia

Lejla Maltija ġewwa l-Bitħa tal-Każin
Nhar il-Erbgħa 11 t’Awwissu qabel mal-Banda Vittoriosana San Lawrenz bdiet il-marċ tradizzjonali tal-għada tal-Festa saret Lejla Maltija ġewwa l-Bitħa tal-Każin bħala ‘Farewell Party’ lil Philharmonie Royale Concordia, il-Banda Belġjana li kienet il-mistiedna tas-Soċjeta` tagħna għall-Festa ta’ din is-sena. F’atmosfera mill-isbaħ il-kontinġent kollu apprezza ħafna dan il-ġest fejn ta’ min jgħid li wara wkoll issieħeb mal-briju tul Triq il-Mina l-Kbira fejn ħoloq atmosfera mill-isbaħ flimkien mal-Banda tagħna. Il-kontinġent telaq lura lejn il-Belġju il-Ħamis wara nofs in-nhar. F’Diċembru li ġej, bejn il-11 u 18 tax-xahar ikun imiss lill-Banda Vittoriosana San Lawrenz li żżur il-Belġju fejn hemmhekk ser tesegwixxi tlett programmi mużikali ewlieni fost dawn ikun dak tas-17 ta’ Diċembru fi Brussell.