Nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru fis-7.30pm, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz ser tkun qed tniedi l-ktieb ‘PALAZZO HUESCA – Soċjetà Mużikali San Lawrenz’ fis-sala prinċipali tagħha. Din il-publikazzjoni qed issir bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-100 Sena mix-xiri ta’ Palazzo Huesca.
Dan il-ktieb, li l-awtur tiegħu hu s-Sur George Agius, storiku Vittoriosan, qed isir bħala parti mill-proġett VOPS 2022 li hu ffinanzjat mill-Malta Council for the Voluntary Sector.