Il-bieraħ 7 t’Awwissu ġie mtella’ il-Vittoriosa in Festa, Programm Mużikali Internazzjonali bis-sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz u l-Philharmonie Royale Concordia. Quddiem Pjazza maħnuqa bin-nies, dan il-Programm Mużikali kien suċċess minn kull lat. Kulħadd ħareġ sodisfatt. Min kien preżenti assista għall-xelta ta’ mużika verament varjata, bil-Banda Vittoriosana San Lawrenz taħt id-direzzjoni tas-Surmast Paul Schembri iddoqq siltiet mużikali Maltin, filwaqt li l-Philharmonie Royale Concordia taħt id-direzzjoni tas-surmast Roland De Klippel daqqet siltiet mużikali internazzjonali. Ta’ min isemmi ukoll it-tmiem grandjuż tan-Nar sinkronizzat mal-mużika Best of Maltese Folklore.
Is-surmast Paul Schembri idderieġa liż-żewġ baned flimkien waqt id-daqq tal-Innu Popolari lil San Lawrenz u l-Innu Marċ ta’ Giuseppe Frendo, filwaqt li Roland De Klippel idderieġa liż-żewġ baned flimkien waqt id-daqq tal-Innijiet Nazzjonali. Iktar Ritratti ta’ din il-ġurnata ser jidhru fis-sezzjoni Gallery fil-jiem li ġejjin.