FESTI SPEĊJALI 2019 – 75 SENA LURA F’BELTNA

Nhar is-Sibt li għadda, wara l-quddiesa ta’ Sibt il-Għid, il-Wisq Rev. Arċipriet ħabbar il-programm tal-Festi Speċjali 75 Sena Lura f’Beltna li ser jiġu ċċelebrati f’Lulju li ġej, kif ukoll il-Logo magħżul għal dan l-anniversarju xogħol is-Sinjura Ilona Callus.

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem b’mod attiv b’żewġ servizzi: Il-Ħadd 28 ta’ Lulju fl-Akkademja Mużiko-Letterarja u t-Tlieta 30 ta’ Lulju 2019 billi takkumpanja il-purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Lawrenz mill-Kolleġġjata Bormliża għal dik Vittoriosana, kif ukoll b’ parteċipazzjoni attiva fl-attivitajiet l-oħra.